Lokali

Jiġi sospiż tender f’San Vinċenz de Paul

Wara pressjoni li saret milll-PN fejn talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga s-sensiela ta’ direct orders li ngħataw għat-tindif f’San Vinċenz lill-istess kuntrattur, issa ġie sospiż dan it-tender. Dan kien żvelat mill-ġurnal Times of Malta.

Il-PN ilu zmien jghid li d-direct orders għat-tindif f’San Vinċenz ma sarux fl-aħjar interess tal-poplu u lanqas ma saru fl-aħjar interess tan-negozji l-oħra. Dan għaliex ma kienx hemm proċess tat-tender għaliex il-kumpanija li kellha toffri s-servizz tat-tindif b’mod temporanju għal ftit xhur, spiċċat biex ingħatat €9 miljun fi tliet snin.

L-uffiċċju tal-Unjoni Ewropea li jinvestiga raporti ta’ frodi, magħruf aħjar bħala l-OLAF, ukoll kien irċieva sensiela ta’ talbiet biex jinvestiga dak li kien għaddej fir-residenza San Vinċenz de Paul.

Minkejja li f’dan il-każ, il-flus mgħoddija lil din il-kumpanija huma flus tal-poplu Malti u Għawdxi, l-allegazzjonijiet jindikaw li l-kuntratti ngħataw bi ksur tar-regoli tal-procurement tal-Unjoni Ewropea….li Malta hi obbligata li ssegwi.

Din l-irtirata mhix l-ewwel wahda minn naha tal-Gvern.

Dan il-każ jasal ftit jiem biss wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi ċedew għall-pressjoni tal-Oppożizzjoni mmexxija minn Adrian Delia u rtiraw l-Avviż għat-trasferiment tal-art lill-Grupp Corinthia.