Lokali Parlament

L-attakk fuq il-BOV hu attakk fuq pajjiżna u fuq bank Malti tal-Maltin…insterqu €13-il miljun

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sejjaħ l-attakk fuq il-Bank of Valletta bħala wieħed fuq Malta u fuq bank tal-Maltin. Jirriżutla li f’dan l-attakk kienu trafseriti llegalment madwar €13-il miljun f’banek f’erba pajjii barranin.

Fi stqarrija ministerjali fil-parlament llejla l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kellu laqgħa mat-tmexxija tal-BOV flimkien mal-Bank Ċentrali, MFSA u l-Ministru tal-Finanzi. Hu sostna li ftit wara l-ftuħ tan-negozju, l-BOV induna li kien hemm problema fit-transazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet tas-sigurtà infurmaw lill-BOV li kien vittma ta’ cyber attack minn barra l-pajjiż. Fi 30 minuta l-BOV waqqaf il-pagamenti f’erba pajjiżi.

Il-Prim Ministru kompla li l-BOV waqqaf l-operat temporanjament u issa qed isiru eżamijiet tas-sistemi tal-bank. Hu qal li kien assigurat li d-depożiti fil-bank huma siguri. Banek oħra lokali ma rrapportaw l-ebda tip ta’ attakk. Qed issir inkjesta maġisterjali u investigazzjoni mill-pulizija. Il-gvern qed jagħti l-appoġġ lill-BOV kif tingħata lil kull istituzzjoni fil-pajjiż. Hu assigura li l-flus huma siguri. Qed isiru arranġamenti mal-BOV biex isiru pagamenti alternattivi dwar pagamenti tas-servizzi soċjali u persuni li jkunu msiefra.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li din hi materja sensittiva ħafna u staqsa jekk hemmx l-estremitajiet ta’ disclosure obbligations. Hu kompla li għandu jkun konfermat jekk hemmx nuqqasijiet strutturali biex ma jkunx hemm ripetizzjonijiet tal-attakk.

Adrian Delia staqsa jekk kinitx mittiefsa informazzjoni kunfidenzjali u kompla li l-Oppożizzjoni tikkunsidra wkoll lill-azzjonisti tal-bank li dan l-investiment hu tagħhom. Hu qal li dan hu attakk fuq Malta, fuq bank Malti u fuq bank tal-Maltin u għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun kawta biex il-kljienti u l-bank ikunu protetti.

Il-Prim Ministru wieġeb fil-BOV hemm struttura soda sew għaliex il-Bank induna waħdu bl-attakk qabel ma kien informat internazzjonalment. Il-BOV hu l-akbar bank fMalta u jmexxi nofs l-ekonomija ta’ Malta iżda ilu nofs ġurnata magħluq. Dan hu effett enormi fuq l-ekonomija. Għada 12,000 persuna jridu jieħdu pagamenti tas-servizzi soċjali. Dwar dan daħal il-Bank Ċentrali biex jekk hemm bżonn anki joħorġu ċekkijiet tal-Bank Ċentrali.

Il-Prim Ministru kkonferma li l-flus tan-nies m’humiex fil-periklu u qal li jrid ikun assigurat li s-sitema hi mnaddfa mill-possibbiltà li jerġa’ jkun hemm diffikultajiet oħra. Li ġara kien li nħolqu transazzjonijiet li ma kienux veru u l-flus intefgħu f’kontijiet f’banek oħra.

Għalhekk hemm l-informazzjoni kollha dwar il-flus. Il-problema kienet li nħolqu transazzjonjiet fittizji. Dan ma jfissirx li dawn intilfu mill-kontijiet tan-nies. L-ammont identifikat hu ta’ €13-il miljun li kienu trasferiti f’banek f’erba’ pajjiżi. Ammont minn dan il-flus diġà kienu imblukkati u ammont ieħor qed jittieħdu lura. Parti minnhom kienu f’ewros, dolalri u sterlina Ingliża.