Il-Grupp ‘Inħobbu l-Gżira’, l-Erbgħa waranofsinhar preżenta proposta lill-Prim Ministru rigward il-pjan tal-bini ta’ Manoel Island.
Skont din l-għaqda…il-proġett li tinbena Manoel Island, jinkwieta lir-residenti minħabba li tul iż-żmien li jkun għaddej dan il-pjan se jitħarbat it-traffiku, tinqered parti sew mix-xatt tal-Gżira, titneħħa l-unika rampa u l-faċilijiet għad-dgħajjes f’dan il-port u wkoll jinbnew appartamenti għal eluf ta’ residenti ġodda fi nħawi li diġa jgħixu fihom wisq nies.
Huma qed jgħidu li sabiex dawn l-effetti jiġu evitati, il-Gvern għandu jixtri Manoel Island lura u jħares dak li fadal mill-ambjent naturali u l-wirt kulturali fl-inħawi. Manoel Island tista’ tinbidel f’Park tal-Wirt Nazzjonali kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jżuru pajjiżna.
//= $special ?>
