Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda ħames plejers wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. L-agħar li marru kienu Pietà Hotspurs li għandhom liż-żewġ difensuri ċentrali sospiżi.
Il-captain Christian Grech ġie sospiż tliet logħbiet minħabba li nsulenta lill-assistent referee Paul Apap fi tmiem il-logħba filwaqt li Antonio Machedo Neto ġie sospiż erba’ logħbiet minħabba li prova jħebb għar-referee wara l-logħba u kellu jittieħed lejn id-dressing room mill-uffiċjali ta’ Pietà.
Din hi daqqa ta’ ħarta għall-kowċ ta’ Pietà Ramon Zammit li se jkollu jgħaddi mingħajr il-koppja difensiva għall-partiti kontra Balzan, Mosta u Valletta, b’Machedo Neto se jitlef ukoll il-logħba kontra Floriana.
Tliet plejers oħra kienu sospiżi logħba wara li tkeċċew fl-aħħar logħba. Dawn huma d-difensur ta’ Gżira United Fernando Barbosa, id-difensur ta’ Senglea Athletic Arian Mrsulja u l-plejer offensiv ta’ Ħamrun Spartans Kevin Tulimieri.
Barbosa mhux se jilgħab kontra l-eks tim tiegħu Birkirkara, Mrsulja se jitlef il-logħba kontra Valletta u Tulimieri mhux se jkun disponibbli għal kontra Mosta.
//= $special ?>