TOTTENHAM HOTSPUR…. 3
H. Lloris, D. Sanchez, J. Foyth, T. Alderweireld, S. Aurier, M. Sissoko (V. Wanyama 90’), H. Winks, J. Vertonghen, C. Eriksen, L. Moura (F. Llorente 84’), H.M. Son (E. Lamela 90’)
BORUSSIA DORTMUND….. 0
R. Buerki, A. Hakimi, O. Toprak, D. Zagadou (M. Schmelzer 77’), A. Diallo, A. Witsel, T. Delaney, J. Sancho (R. Guerreiro 88’), M. Dahoud, C. Pulisic (J. Larsen 87’), M. Götze
Imwissija: S. Aurier 12’ (T), T. Delaney 53’ (B)
Skorjaw: H.M. Son 47’, J. Vertonghen 83’, F. Llorente 86’ (T)
Referee: Antonio Mateu (Spanja)
Żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti taw rebħa importanti lil Tottenham Hotspur li biha huma l-favoriti netti li jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali. Għal Borussia Dortmund dan ir-riżultat jitqies diżappunt hekk kif rebħu l-grupp tagħhom fil-fażi tal-gruppi filwaqt li bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-Bundesliga.
Il-Ġermaniżi kienu qrib li jmorru fil-vantaġġ wara kwarta b’xutt minn qagħda angolata ta’ Christian Pulisic li kien salvat minn Hugo Lloris. Il-gowlkiper Franċiż reġa’ kien strumentali biex ċaħħad lil Dortmund fl-44 minuta. Iż-żagħżugħ Ingliż Jadon Sancho tefa’ kross perikoluż mil-lemin lejn Dan-Axel Zagadou li għola tajjeb iżda d-daqqa ta’ ras destinata għax-xibka kienet imċaħħda fuq il-linja minn Lloris.
Tottenham kellhom bidu mill-aqwa għat-tieni taqsima meta fetħu l-iskor wara biss 70 sekonda. Kien kross mix-xellug ta’ Jan Vertonghen lejn HEUNG-MIN SON li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Roman Buerki.
It-tim ta’ Pochettino rdoppja l-iskor fit-83 minuta bi kross mil-lemin ta’ Serge Aurier isib lid-difensur JAN VERTONGHEN li b’konklużjoni ta’ attakkant għeleb lil Buerki b’xutt mill-ewwel fl-arja. Jekk il-vantaġġ doppju ma kienx diġà tajjeb, Tottenham għamluhom 3-0 tliet minuti wara. Minn korner mix-xellug ta’ Christian Eriksen, għola tajjeb is-sostitut FERNANDO LLORENTE li skorja b’daqqa ta’ ras.
//= $special ?>