Josep Maria Bartomeu, il-President taċ-Champions Spanjoli, Barċelona, ċaħad li jrid jikseb lura lill-attakkant Brażiljan Neymar mingħand Paris Saint Germain ta’ Franza.
Neymar – li qed isofri minn injury li ħallietu barra mill-aħħar logħob– kien telaq lil Barċelona, fl-2017, biex jissieħeb ma’ PSG għal aktar minn 220 miljun ewro.
Intant, u filwaqt li ma tridx tmut l-ispekulazzjoni li hu jinsab ‘ħerqan’ biex jirritorna fil-La Liga mal-Katalani, Bartomeu qal li għalkemm tkellem diversi drabi ma’ Neymar ‘in-nies ta’ miegħu qatt ma indikaw li hu irid imur lura Spanja’.
Dan hu t-tieni staġun ta’ Neymar ma’ PSG u Bartomeu spjega li ‘mhux possibbli li jirritorna meta l-klabbs fi Franza ma jistgħux igawdu mill-klawsola tar-release bħal f’kampjonati oħra tal-Ewropa.’
Bartomeu qal li Barċelona, illum, investew f’attakk straordinarju mmexxi minn Ousmane Dembele u Philippe Coutinho, u li ‘il-klabb ed jappoġġjahom mija fil-mija’.
//= $special ?>