Ekonomija Lokali

Is-servizzi tal-APS Bank lura għan-normal

L-APS Bank fi stqarrija ħabbar li s-servizzi bankarji tiegħu huma lura għan-normal.

Il-Bank se jkun qed jati lura xi spejjeż relatati ma’ ġbid ta’ flus, li tħallsu minn dawk il-klijenti li użaw l-APS Visa Debit card f’ATMs li m’humiex tal-Bank, fil-ħin li s-servizz tal-ATMs tal-APS Bank kien sospiż bejn it-13 u l-14 ta’ Frar 2019. Kulmin jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel lil Customer Support Centre fuq 21226644.