Lokali

Is-servizzi tal-Bank of Valletta lura għan-normal

Wara li lbieraħ sfaw fil-mira ta’ cyber attack, is-servizzi tal-Bank of Valletta jinsabu lura għan-normal. Stqarrija tal-bank tgħid li s-servizzi reġgħu online wara li saru diveri testijiet fuq is-sistemi tal-IT matul il-lejl.

L-istqarrija tkompli li l-klijenti issa jistgħu jużaw l-ATM’s, Internet Banking u Mobile Banking kif ukoll il-cards tal-Bank biex iwettqu pagamenti. L-uniku servizz li s’issa għadu mhux disponibbli hu s-servizz ta’ pagamenti lil terzi.

Il-Bank tenna li d-depożiti u l-kontijiet tal-klijenti ma kienux affetwati u li dan l-attakk kien prova li s-sistemi ta’ kontinġenza u l-miżuri preventivi meħuda mill-Bank ħadmu.

L-istqarrija ttemm bil-Bank jirringrazzja lill-klijenti u l-istaff tal-koperazzjoni.

Il-BOV fakkar lill-klijenti biex joqgħod attenti meta jsirulhom xi talbiet għal informazzjoni personali jew dwar il-kontijiet. Il-Bank qatt m’hu se jitlob dawn id-dettalji permezz ta’ social media, email jew telephone u avża lill-klijenti li jekk ikollhom xi talbiet ta’ din ix-xorta biex jikkomunikaw mal-bank permezz tan-numru 21312020