Fejn tidħol il-korruzzjoni, il-Gvern Malti isib ruħu mal-lista tat-13-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea illi ġabu l-agħar punteġġ fl-Indiċi riċenti ppubblikat minn Transparency International. Kif kien żvela Net News, Malta f’din il-lista ġabet punteġġ ta’ 54 – żewġ punti anqas mis-sena ta’ qabel. Dan ifisser li l-Gvern Malti mar agħar mil-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka u l-Latvja.
Il-website awtorevoli Business Insider janalizza l-punteġġ tal-Gvern Malti u jqabblu ma’ dak ta’ pajjiżi oħrajn.
Jgħid illi Transparency International tqis iz-zona Ewropea bħala waħda mill-inqas korrotti. Il-Business Insider ikompli jirrimarka li dawk il-pajjiżi Ewropej fejn kien hemm marki ħżiena huma ġeneralment pajjiżi fejn hemm theddid fuq il-liberta’ ġurnalistika, u l-avversarji politiċi.
L-għada li Transparency International poġġiet lil Malta wara pajjiżi bħall-Bhutan u Rwanda fil-perċezzjoni tal-korruzzjoni, il-Ministru tal-Ekonomija Edward Scicluna ammetta li dan qed iħalli impatt negattiv.
Madankollu, għal iktar minn darba, il-Ministru farfar mir-responsabbiltà u minflok waħħal fl-għaqdiet mhux governattivi, fost oħrajn, għal dan ir-rizultat negattiv.
//= $special ?>