Lokali

Messaġġ ta’ mħabba jmur viral fuq Facebook

Eluf diġa' raw il-video fuq Facebook

“Ħobbu lill-ġenituri u tweġġgħuhomx”.

Huwa dan il-messaġġ ewlieni li joħroġ mill-kanzunetta li kiteb iż-żagħżugħ Dwayne Mifsud, u li s’issa rawha ‘l fuq minn 135,000 persuna.

Dwayne jidher ikanta din il-kanzunetta fuq stil Rap fid-dar tiegħu, u fil-lirika joħroġ ċar l-imħabba li kellu għal ommu.

Ommu mietet 9 snin ilu, f’Jannar tal-2010.