Lokali

Nofs miljun Ewro għall-użu tal-Private Jet mill-Prim Ministru

B’risposta għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Prim Ministru ikkonferma li nefaq kważi nofs miljun Ewro għall-użu tal-Private Jet mill-bidu tal-2017 ‘l hawn.

€80,000 minnhom intefqu matul it-Tour de Capitales tul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew. Dawn it-€80,000 kienu jkopru total ta’ 8 titjiriet fi 3 ijiem bejn it-28 ta’ Frar u t-2 ta’ Marzu tal-2017.

Joseph Muscat qal li l-Jet intuża 34 darba u kull vjaġġ sewa medja ta’ €14,396.