Filmati li kiseb Net News juru l-post illi fih qed jgħixu uħud mit-Torok illi inġiebu Malta biex jaħdmu fuq proġetti infrastrutturali – ħaddiema li mhux talli tpoġġew jgħixu f’kontejners, imma agħar minn hekk – f’barriera!
Fil-bidu tax-xahar ħarġet l-aħbar illi kienu mijjiet it-Torok li ingiebu biex jaħdmu fil-kostruzzjoni – din il-ġimgħa, Net News zvela li l-ammont jista’ jqarreb il-5,000 persuna, bid-dettalji ma ġew miċħuda qatt minn naha ta’ JobsPlus.
Ghal bidu kien qed jinghad illi 2,500 ħaddiem mit-Turkija se jinġiebu f’Malta biex jaħdmu fuq sensiela ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni madwar il-pajjiż f’dik li qed titqies bħala mossa oħra li se ġġib lejn Malta influss f’daqqa ta’ barranin. Din il-mossa tal-Gvern kienet żvelata mit-Times of Malta.
Jidher iżda li dan l-ammont kien approssimattiv ferm għaliex, iċ-ċifra proprja ta’ ħaddiema Torok se tkun qed tqarreb il-5,000 – influss ta’ 5,000 persuna f’daqqa, li ħafna minnhom…skont is-sorsi li tkellmu magħna… se jintużaw biex isir il-proġett tal-flyovers tal-Marsa.
Issa, dan l-istazzjoni jinsab f’pożizzjoni li jiżvela biċċa oħra minn din is-saga, hekk kif ikkonfermajna li uhud minn dawn il-ħaddiema barranin tpoġġew jorqdu f’kontejners li ġew imqiegħeda apposta f’barriera qrib l-ajruport.
Net News ma kellux aċċess ghal dan il-post, u għalhekk ma stajniex nikkonfermaw b’mod indipendenti x’tip ta’ facilitajiet għandhom it-Torok f’dawn il-kontejners u jekk hemmx il-livelli rikjesti mis-Sanita’.
//= $special ?>