Lokali

Il-Ministru Michael Falzon iwebbes rasu u jipprova jgiddeb l-esperti dwar it-300 persuna li qed jgħixu fil-karozzi

Il-Ministru Michael Falzon qed igiddeb dak li ilhom jgħidu diversi esperti, professjonisti u NGO’s, li f’Malta hawn aktar minn 300 persuna li jgħixu fil-karozzi.

Il-Ministru responsabbli mis-Sigurtà Socjali, ma jaħsibx li dan huwa n-numru. Dan meta anke l-YMCA qed tkun ċara immens fuq dawn is-sitwazzjonijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu.

Iffacjat ma’ din ir-realtà, Michael Falzon prova jiskredita dak li qed jgħidu l-esperti…meta l-Gimgħa kien qed iwieġeb domandi ta’ Net News.

Waqt konferenza li saret ġimgħa ilu… Roberta Sammut, mil-Fakultà tax-Xjenza fl-Università ta’ Malta qalet li jeżistu madwar 300 każ moħbi ta’ nies li jgħixu fil-karozza tagħhom għax ma jaffordjawx li jkollhom saqaf fuq rashom.

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-kiri hija waħda mill-elementi prinċipali li kaġun tagħha qed jiżdiedu n-nies li qed jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Dan biex ma nsemmux it-3,200 persuna li qed jistennew post tal-Gvern.