Edukazzjoni Lokali

“Il-pajjiż irid jinvesti aktar fl-edukaturi tiegħu” – Clyde Puli

Bħalissa pajjiżna jinsab fuqnett meta nitkellmu dwar in-numru ta’ dawk li qegħdin jitilqu mill-iskola kmieni.

Dwar dan tkellem il-Kelliem tal-PN ghall-Edukazzjoni Clyde Puli, meta kien qed jitkellem f’seminar kkkodinat mis-surmast tal-iskola St. Joseph Kenneth Vella, u bl-appoġġ tal-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici u l-Fondazzjoni Tumas Fenech.

Clyde Puli qal li b’rata ta’ 18.4 fi-lmija, ninsabu ‘l bogħod wisq milli nilħqu l-mira tal-Unjoni Ewropea; dik ta’ 10 fil-mija fejn jidħlu school leavers.

Hu qal illi diġa kien innutat mill-Bord tal-Matsec kif terz minn dawk li twieldu fl-2002 jinsabu fir-riskju li ukoll jagħmlu parti minn dawk li jħallu kmieni l-iskola. Huwa minnu wkoll li minħabba ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni…. il-pajjiż hemm bżonn li jinvesti aktar fi skejjel ġodda u klassijiet, aktar milli konna naħsbu qabel.

Hemm bżonn li nippjanaw aktar fit-tul, biex mhux nispiċċaw fi kriżi akbar.

Clyde Puli enfasizza l-importanza li l-pajjiż jinvesti aktar fl-edukaturi tiegħu, u dan għax fil-preżent għandha għalliema demotivati, fejn ħafna qegħdin juru l-fehma li jixtiequ jibdlu l-karriera tagħhom.

Clyde Puli ikkritika wkoll il-fatt li mhu qed isir xejn tanġibbli biex tissolva l-problema ta’ sigurta’ fl-iskejjel u li fondi għal dan l-għan ġew provduti biss għal 10 skejjel tal-istat mill-150 skola ta’ li stat li jeżistu.

Hu qal li minħabba dan kollu…. l-2018 kienet l-aktar sena li rat numru ta’ għalliema jirreżenjaw mill-impieg tagħhom fl-aħħar 10 snin.