Lokali

Investiment għall-Ġiljaniżi: Il-proġett ta’ Pjazza Spinola mill-Kunsill ta’ San Ġiljan

Proġett li se jfisser investiment f’żona pubblika għar-residenti u għall-pubbliku

Ħidma mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan biex il-Pjazza ta’ Spinola tiġi rinnovata – progett li se jiġi ffinanzjat mill-flus li l-kunsill għandu mill-Fond tal-Iżvilupp.

NetNews tkellem mas-sindku ta’ San Ġiljan, Guido Dalli fejn qalilna li l-Kunsill b’sodisfazzjon l-Erbgħa li għadda laqa’ lir-residenti biex jara l-ħsieb tal-pubbliku dwar dan il-proġett.

Is-sindku tal-lokal infatti qalilna li hemm ħtieġa li f’dan il-post ikun hemm żona pubblika li tilqa’ r-residenti u l-pubbliku, u sostna li hemm ħtieġa li ż-żona tiġi rinovata kif suppost.

Huwa qalilna l-Kunsill immexxi minn maggoranza nazzjonalista ilu għaddej bi proċess li jisma u jikkonsulta…mhux biss mal-periti, iżda wkoll mal-Ġiljaniżi, peress li dan il-proġett jinvolvi lilhom, u se jolqot lilhom direttament. Guido Dalli tenna li issa wara dan il-Public Hearing, il-pjanti tal-proġett jaf ikollhom xi tibdil li l-pubbliku ssuġġerixxa li jsiru.

L-istess pjanti se jerġgħu jiġu preżnetati f’laqgħa pubblika oħra, fejn imbaghad wara…. dawn il-pjanti jitressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-approvazzjoni.

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan jinsab fiduċjuż li dan l-investiment ta’ rinovar se jservi ta’ ġid għal Ġiljaniżi u l-pubbliku.