Rapport tal-Ombudsman ikkonferma li l-promozzjonijiet li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-2013 u wara, kienu abbużivi u intenzjonati biss sabiex jaġevolaw nies qrib il-Prim Ministru u l-Partit Laburista. Fil-konklużjonijiet tieghu, l-Ombudsman iddikjara l-abbuż sfaċċat u by design li permezz tiegħu avvanzaw ‘il ftit li ma ħaqqhomx u nqabżu oħrajn, u li l-unika raġuni għaliex inqabżu kien għaliex ma kienux parti minn klikka ristretta u viċin tal-Partit Laburista.
Dan sostnih il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija mill-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali Beppe Fenech Adami.
L-investigazzjoni mill-Ombudsman analizzat numru ta’ promotions kontroversjali fil-Forzi Armati ta’ Malta, wara li nstab li l-proċess sar b’nuqqas ta’ integrità.
L-Ombudsman insista li din l-investigazzjoni għandha tkompli.
L-Ombudsman Anthony Mifsud isemmi xi individwi kienu diġà magħżula. Il-promotions kontroversjali bdew f’Settembru 2013 u inkludew anki lil dak li illum hu l-brigadier tal-AFM Jeffrey Curmi, li minn Maġġur spara ‘il fuq għal Brigadier; erba’ promozzjonjiet f’temp ta’ ftit xhur. L-Ombudsman insista li din l-investigazzjoni għandha tkompli.
Intant l-Ombudsman sab ukoll li ż-żewġ persuni li huma persuni ta’ fiduċja fil-Ministeru tal-Intern f’dak iż-żmien ta’ dawn il-promozzjonijiet; Ramona Attard u Clint Cutajar, kienu parti minn dan il-bord tal-għażla. Punt ieħor huwa li f’dan il-kumitat erba’ persuni minn ħamsa ma kellhomx għarfien fuq il-militar jew l-armata.
Fl-istqarrija il-Partit Nazzjonalista fakkar kif il-Gvern Laburista pprova jżeblaħ lill-Oppożizzjoni meta snin ilu harget din l-istorja – illum ħames snin wara, l-Partit Nazzjonalista reġa’ ingħata raġun.
Il-Partit Nazzjonalista issa qed jistenna li l-Prim Ministru Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbilità politika talli ħalla li jsiru dawn l-abbużi u jistenna li ssir ġustizzja ma min inqabeż fil-promotions tal-AFM.
L-istqarrija tagħlaq billi tgħid li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vuċi u t-tarka għal min ibati mill-ingustizzji u se jibqa’ impenjat li jirrimedja għal dawn l-inġustizzji meta jerga’ jkun fil-Gvern.
//= $special ?>