Sport Sport Ieħor

Scott Muscat hu ċ-champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena tal-Pool

Il-plejer Malti tal-Pool Scott Muscat hu ċ-champion Ewropew ta’ taħt it-23 sena wara li fil-finali għeleb lil Comrac Kerr tal-Irlanda 7-5. L-avversarju ta’ Muscat kien għeleb lil Ryan Pisani fis-semifinali. Muscat kellu vantaġġ tajjeb ta’ 6-2 iżda l-Irlandiż kiseb tliet frames konsekuttivi biex fetaħ il-logħba. Muscat kellu l-okkażjoni li jirbaħ fil-11-il frame iżda falla boċċa safra mal-pocket, b’Kerr jagħmilhom 6-5. Madankollu Scott Muscat għalaq il-logħba fil-frame ta’ wara hekk kif żamm il-konċentrazzjoni biex daħħal il-boċċi kollha.

Intant, it-tim nazzjonali Malti A tal-Pool kien megħlub mill-Ingilterra 8-3 fil-finali tal-Kampjonat Ewropew li wkoll sar fl-Irlanda. It-tim Malti taħt it-tmexxija ta’ Carmel Cilia, hu ffurmat minn Anton Cuschieri, Dylan Cassar, Kevin Mercieca, Christ Tabone, Miguel Falzon u Mario Cutajar. Aktar kmieni fil-ġurnata, it-tim Malti kien għeleb lil Franza 8-7 fis-semifinali.

Tags