Lokali

Sewwieq ta’ mutur ferut gravi f’inċident fl-Imsida

Ritratt: Martin Agius

Matul il-lejl li għadda, sewwieq ta’ mutur spiċċa ddaħħal l-Isptar wara ħabta kerha li seħħet fi Triq Testaferrata fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, meta l-Pulizija kienu nfurmati b’ħabta bejn karozza Chevrolet u mutur tat-tip SWM RS300R. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ta’ Xbiex, filwaqt li l-mutur kien misjuq minn Kroat li għandu 50 sena.

Il-Kroat ġarrab ġrieħi gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Pulizija qed tinvestiga.