Sirens ħabbru li Valentino Gallo se jkun it-tieni barrani tagħhom fil-kampjonat tas-sajf biex b’hekk se jingħaqad mat-Taljan l-ieħor Christian Presciutti li se jirritorna mal-klabb. Għal Gallo din se tkun l-ewwel esperjenza f’pajjiżna.
Il-plejer ta’ 33 sena bħalissa jilgħab ma’ AN Brescia, l-istess tim ta’ Presciutti. Huma jinsabu jokkupaw il-quċċata tal-kampjonat A1 flimkien ma’ Pro Recco, wara li rebħu 16 mis-17-il logħba. Gallo sa issa skorja 21 gowl fil-kampjonat. Hu ngħaqad ma’ Brescia f’dan l-istaġun wara li kien spiċċalu l-kuntratt minn ma’ BPM Sport Management.
Gallo jifforma parti mit-tim nazzjonali Taljan u fosthom lagħab fil-Kampjonat Ewropew li sar f’Barcelona fis-sajf li għadda. Hu kien parti mit-tim Taljan li fl-2011 rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja f’Shanghai, spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat Ewropew tal-2014 f’Budapest, spiċċa t-tieni fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 u t-tielet fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016.
//= $special ?>