Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde laħaq ftehim mal-klabb biex iġedded il-kuntratt b’sena sa tmiem l-istaġun 2019/2020 bl-għażla għal sena oħra. B’hekk intemmet l-ispekulazzjoni dwar il-futur tal-istess kowċ.
Valverde ħa post Luis Enrique bħala l-kowċ fl-2017 u mexxa lil Barcelona għar-rebħa tal-kampjonat u t-Tazza tar-Re fl-ewwel staġun fit-tmexxija. F’dan l-istaġun, Barcelona jinsabu fil-quċċata b’sitt punti vantaġġ fuq Real Madrid, mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League u fis-semifinali tat-Tazza tar-Re.
Minkejja rekord domestiku mill-aqwa, Valverde kien fil-mira ta’ kritika minn sezzjoni tal-partitarji ta’ Barcelona.
//= $special ?>