Lokali

Gianluca Bezzina b’ringrazzjament lill-pubbliku wara dak li għaddiet minnu bintu

Il-kantant lokali u tabib Gianluca Bezzina stqarr illi ma jistax ikun iżjed ferħan f’messaġġ ta’ ringrazzjament lill-pubbliku tat-talb tagħhom għal bintu.

F’post li tella’ fuq Instagram stqarr kemm jinsab grat, fejn kompla biex irringrazzja lil kulħadd għat-talb u s-sapport li wrewh meta bintu ta’ ftit xhur spiċċat l-isptar b’infezzjoni tal-meninġite.

Gianluca Bezzina huwa l-kantant maħbub li rrappreżenta lill-pajjiżna fl-edizzjoni tal-Eurovision tal-2013 li seħħet f’Malmö fl-Iżvezja.