Il-Parlament Eġizzjan ivvota biex japprova abbozz bil-bidliet għall-Kostituzzjoni li għandhom jestendu l-poter għall-President Abdul Fattah al-Sisi bi 12-il sena addizzjonali – uif’dan il-każ, sal-2034.
Il-President hu intiż li jwarrab, fl-2022, ladarba jiskadilu t-tieni mandat effettiv għal erba’ snin.
Iżda issa, mal-485 minn fost il-596 deputat fil-Kajr ivvutaw biex itawwlu l-mandati Presidenzjali għal sitt snin – u biex al-Sisi jitħalla jservi għal żewġ mandati oħra.
Intant, numru ta’ gruppi Eġizzjani favur id-drittijiet umani tkellmu kontra d-deċiżjoni.
Dan meta l-bidliet – li kienu proposti aktar kmieni fix-xahar – għandhom ikunu inkorporati fil-leġislazzjoni u jitressqu għal vot ieħor fil-Parlament Eġizzjan.
F’każ li l-bidliet ikunu approvati mill-ġdid, għandu, imbagħad, isir referendum fl-Eġittu.
Artiklu 140 tal-Kostituzzjoni Eġizzjana, fil-preżent, jisħaq biex il-President tal-Eġittu jservi mandat ta’ erba’ snin u fejn jista’ ikun re-elett għal darba biss.
Fl-istess ħin – u taħt il-bidliet proposti – il-President ta’ 64 sena ikun permess li jibqa’ fil-poter sal-2034, b’numru ta’ gruppi favur id-drittijiet umani jistqarru li l-bidliet fil-Kostituzzjoni għandhom jitqiesu bħal ‘attentat li jimminimizza pjan awtoritarju tal-Gvern biex jaħtaf u jikkonsolida l-poter’.
Taħt il-bidliet proposti, al-Sisi ikollu wkoll il-poter biex jaħtar lill-Imħallfin u l-Prosekutur Pubbliku u fejn, fit-taqliba potenzjali, il-militar Eġizzjan jingħata l-poteri wiesgħa ‘biex jissalvagwarda l-Kostituzzjoni’.
Sadanittant, is-sostenituri ta’ al-Sisi fil-Parlament jinsistu li l-estensjoni tal-mandat għall-President hi meħtieġa biex hu jingħata ż-żmien biex jikkonkludi riformi ekonomiċi u proġetti għall-iżvilupp.
//= $special ?>

