Għall-ewwel darba f’pajjiżna ġiet imendija App iddisinjata minn edukaturi u esperti Fillandiżi mimlija riżorsi u pjanijiet ta’ lezzjonijiet għall-għalliema.
Din l-app ġiet imnedija s-Sibt filgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet li ġabet fi tmiemha konferenza ta’ tliet ijiem organizzata mill-iskola Mater Boni Consilii St Joseph ta’ Raħal Ġdid flimkien mal-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu.
Kenneth Vella, kap tal-iskola Mater Boni Consilii St Joseph qal li kien ta’ unur għalih u għall-iskola tiegħu li Learning Scoop Finland iddeċidew li jagħżlu lil Malta bħala l-ewwel pajjiż barrani li fih jintroduċu app ta’ dan il-livell. Inizjattiva li qed titħabbar fi tmiem ta’ konferenza dwar l-edukazzjoni li matulha ħadu sehem 300 edukatur Malti u anki oħrajn li ġew apposta mill-Ingilterra, ic-Cina u anki Spanja.
Minn naħa taghom, Johanna Jarvinen Taubert, uffiċjal ta’ Learning Scoop Finland, u Tuomas Taubert li ħadem fuq id-disinn tal-app ħabbru li l-verżjoni Premium ta’ Lesson App se tinghata b’xejn għal sena lill-għalliema kollha Maltin li jgħallmu fil-livell tal-primarja.
Matul il-jiem li għaddew numru ta’ edukaturi Maltin ingħataw sessjonijiet ta’ taħriġ b’mod volontarju dwar din l-App. Biex iniżlu l-app mimlija lezzjonijiet u riżorsi dwar l-edukazzjoni Fillandiza, l-għalliema Maltin iridu jsewgu l-istruzzjonijiet li se jintbagħtu fil-jiem li ġejjin jew jidħlu fil-website www.learningscoop.fi.
//= $special ?>