Lokali

Jiġi elett il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Aktar kmieni dalgħodu, il-KNŻ kellu l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu fejn ġie approvat ix-xogħol tal-Kunsill tas-sena li għaddiet u ġie elett il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid.

Il-kumitat eżekuttiv jikkonsisti minn:

President – Sean Ellul
Viċi-President – Adrian Dominic Ellul
Segretarju Ġenerali – Chiara Vassallo
Assistent Segretarju Ġenerali – Beppe Galea
Teżorier – Kay Dimech
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Roberta Debono
Kummissarju tal-Politika u Drittijiet taż-Żgħażagħ – Sandrine Borg
Kummissarju tas- Servizzi taż-Żgħażagħ – Celine Talbot
Uffiċjal Internazzjonali – Chiara Zappala’
Uffiċjal Nazzjonali – Kristina Filletti
Uffiċjal għal Commonwealth u Miri ta’ liż-Żvilupp Sostennibbli – Eman Borg
Uffiċjal għal Loġistika – Liam Axisa
Uffiċjal għal Branding – Mattia Scicluna

Fi stqarrija l-eżekuttiv il-ġdid irringrazzja l-amministrazzjoni preċedenti għall-ħidma intensiva tagħha u d-dedikazzjoni li wriet matul l-aħħar sentejn fejn il-kunsill kellu vuċi b’saħħitha f’ aġenda nazzjonali kif ukoll tefa’ dawl fuq numbru ta’ suġġetti important bħal dik tas-saħħa mentali.

L-eżekuttiv il-ġdid stqarr li jinsab determinat li jkompli jaħdem fuq dawn il-materji u jibni fuq ix-xogħol siewi li sar biex jagħti vuċi iktar b’saħħitha liz-żgħażagħ tal-pajjiz.