Sport

Jitħabbru l-finalisti tad-59 edizzjoni tal-iSportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali

Illum fil-Forti Sant’ Anġlu tħabbru l-finalisti tad-59 edizzjoni tal-IsportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali. Is-serata finali se ssir is-Sibt li ġej 23 ta’ Frar.

L-għaxar semifinalisti tas-seba’ kategorji tradizzjonali tal-Isportivi Nazzjonali kienu ġew magħżula waqt l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports hekk kif kien għalaq iż-żmien stipulat li l-Assoċjazzjonijiet u l-Federazzjonijiet setgħu jitfgħu n-nominazzjonijiet tagħhom. Minn dawn l-għaxar semifinalisti, il-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ivvutaw għall-aħjar ħames preferenzi tagħhom.

Il-Kumitat Eżekuttiv jagħmilha ċara li l-ebda uffiċjal, atleta jew ġenitur m’għandu javviċina l-ġurnalisti sabiex jinfluwenza fl-għażla tal-vot. F’każ li l-eżekuttiv jaslulu rapporti simili ssir l-investigazzjoni neċessarja u jekk l-individwu jinstab ħati, hu jew l-atleta li jirrapreżenta jkun skwalifikat.

Il-finalisti kollha

SPORTIV TAS-SENA: Isaac Bezzina (Judo), Justin Caruana Scicluna (Ten Pin Bowling), Stefan Farrugia (Raffa), Brian Galea (Sparar), Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel)

SPORTIVA TAS-SENA: Eleanor Bezzina (Air Pistol), Hannah Pace (Triathlon), Colette Sultana (Squash), Charlotte Wingfield (Atletika), Sara Xuereb (Ten Pin Bowling), Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting)

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA: Jurgen Balzan (Table Football), Jacob Elaida (Atletika), Jake Muscat (Waterpolo), Kijan Sultana (Squash), Saul Vassallo (Ibburdjar)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA: Ella Borg (Ġinnastika), Francesca Curmi (Tennis), Francesca Falzon Young (Għawm), Shelby Mangion Vassallo (Weightlifting), Sara Xuereb (Ten Pin Bowling)

KOWĊ TAS-SENA: Jesmond Caruana (Weightlifting), Karl Izzo (Waterpolo), Winston Muscat (Futbol), Damian Neill (Rugby), Andrea Paccarie (Basketball)

UFFIĊJAL TAS-SENA: Stephen Aquilina (Sparar), Frans Bugeja (Billiard u Snooker), Anna Calleja (Special Olympics), Vincent Degiorgio (Pool), Bernard Vassallo (Basketball)

TIM TAS-SENA: Tim Nazzjonali U19 Futbol, Tim Nazzjonali Irġiel Basketball, Tim Nazzjonali Irġiel Rugby, Tim Nazzjonali Irġiel Waterpolo, Tim Nazzjonali Lawn Bowls

PEOPLE’S CHOICE AWARDS: Brian Galea (Sparar), Robert Portelli (Rugby), Fabio Spiteri (Triathlon), Rebecca Xuereb (Ġinnastika), Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting)