Internazzjonali

Joqtol 5 persuni wara li keċċewh mix-xogħol

Ħaddiem ta’ 45 sena spiċċa maqtul fi sparatura fl-Istati Uniti wara li fetaħ in-nar f’Park Industrijali f’Illinois. Il-każ seħħ matul il-lejl, fejn kollox qed jindika li l-isparatura bdiet minħabba li r-raġel ġie issensjat. Hu kien ilu 15-il sena jaħdem mal-kumpanija Henry Pratt.

Il-ħaddiem ġie identifikat bħala Gary Martin, li kellu 45 sena.

Il-każ seħħ 40 mil ‘il barra minn Chicago fejn Martin kien jaħdem. Skont is-sekwenza tal-fatti, jidher li hu mar f’dan il-Park Industrijali u qabad jispara bl-addoċċ ftit tal-jiem biss wara li tkeċċa mix-xogħol. B’kollox qatel 5 persuni oħra, sakemm kienu l-Pulizija li sparawlu u qatluh malli intervjenew biex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Xi uffiċjali tal-Pulizija oħra indarbu.