fl-Istati Uniti eks Cardinal Theodore McCarrick, li fil-passat fost l-oħrajn kien l-Arċisqof ta’ Washington, tkeċċa mis-sarċerdożju minħabba passat ta’ każi ta’ abbuż sesswali. Hu l-ogħla uffiċjal tal-Knisja Kattolika li qatt tkeċċa mis-saċerdożju.
Sadattant fi Franza l-Uffiċċju tal-Prosekutur f’Pariġi fetaħ investigazzjoni dwar allegata ‘aggressjoni sesswali’ min-naħa ta’ Luigi Ventura, li hu n-Nunzju tal-Vatikan għal Franza.
Is-sorsi, filwaqt li kkonfermaw rapport relatat li deher ilbieraħ fil-gazzetta Le Monde, sostnew li l-investigazzjoni dwar in-Nunzju Apostoliku għandha titmexxa mill-Pulizija ta’ Pariġi. Dan wara allegat inċident li seħħ xahar ilu fis-sala prinċipali tal-kunsill ta’ Pariġi.
Intant, is-sorsi, fosthom l-uffiċjal, ma kinux awtorizzati biex jitkellmu pubblikament dwar il-każ, meta l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja.
Skont Le Monde, Ventura, li hu eks Nunzju għall-Kosta tal-Ivorju u n-Niġer, u li ilu mill-2009 jaqdi rwol fi ħdan il-korp diplomatiku (globali) tas-Santa Sede, hu suspettat b’komportament mhux xieraq fil-konfront ta’ ħaddiem żagħżugħ u li allegatament seħħ fis-17 ta’ Jannar li għadda waqt ċerimonja fis-sala tal-kunsill.
Il-Kunsill ta’ Pariġi, sal-bieraħ, ma kienx lest biex jikkummenta dwar il-każ ma’ xi sezzjonijiet tal-istampa. Dan meta Ventura hu t-tielet diplomat tal-Vatikan li spiċċa involut f’każ ta’ aġir mhux xieraq bi skop sesswali.
L-eks Arċisqof ta’ Washington u eks Kardinal jitkeċċa mis-saċerdożju


