Raġel ta’ 42 sena mill-Maċedonja llum tressaq il-Qorti akkużat li fl-10 ta’ Awwissu tal-2018, flimkienn ma’ persuna oħra li s’issa għadha mhix idntifikata, ikkommetta serq aggravat permezz tal-użu tal-armi u bi vjolenza, minn negozju fi Triq Dawret il-Gżejjer f’San Pawl il-Baħar.
Hu ġie akkużat ukoll li fit-12 ta’ Awwissu tal-2018 ikkommetta serqa oħra minn stabbiliment f’Xatt ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Ir-raġel ta’ 42 sena ġie akkużat ukoll li waqt li kien f’Malta, hu ffabbrika jew iffalsifika dokument Bulgaru.
L-akkużat telaq minn Malta wara li kkommetta t-tieni serqa. Wara ġie maħruġ mandat ta’ arrest Ewropew fejn ġie arrestat fil-Polonja fis-26 ta’ Diċmebru tas-sena l-oħra. Fejn imbagħad ġie estradit lejn Malta lbieraħ.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Hu ma ngħatax il-libertà u baqa’ miżmum taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
//= $special ?>