Sport Waterpolo

RITRATTI: Sliema jibqgħu b’punti massimi

(Ritratt: Martin Agius)

Sliema Frank Salt huma l-uniku tim b’punti massimi wara tliet logħbiet meta meritatament għelbu lil Valletta Videoslots 14-8. Il-bidu tajjeb li kellhom kien determinanti biex setgħu jikkontrollaw il-logħba hekk kif fi tmiem l-ewwel sessjoni kellhom diġà tliet gowls vantaġġ.

Is-Slimiżi kienu wkoll dixxiplinati aktar fl-ewwel parti tal-logħba, b’Valletta jkollhom biss okkażjoni waħda ta’ raġel aktar. Il-gowl ta’ Zach Mizzi minuta minn tmiem l-ewwel sessjoni li għamel l-iskor 4-1, kien importanti biex Sliema setgħu jibnu l-vantaġġ komdu.

B’distakk ta’ ħames gowls sa tmiem it-tieni sessjoni, il-partita kienet mirbuħa u mitlufa, bl-għan ta’ Valletta jkun dak li jippruvaw jaqsmu l-logħob mal-avversarji, xi ħaġa li effettivament għamlu. Madankollu kien diffiċli biex jidħlu fil-logħba hekk kif Sliema baqgħu fil-kontroll,bil-kowċ Slimiż Sergio Afric jagħti l-minuti lill-plejers fl-iskwadra.

San Ġiljan TUM Invest u Neptunes Leo Vegas kisbu wkoll rebħiet konvinċenti biex rebħu t-tieni logħba tagħhom f’din il-kompetizzjoni. San Ġiljan rebħu 12-7 kontra Exiles Elia Caterers. Għalkemm id-distakk finali hu ta’ ħames gowls, San Ġiljan iddominaw il-logħba u kien biss għall-aħħar sessjoni li l-iskor sar aktar rispettabbli.

Il-Ġiljaniżi kellhom vantaġġ ta’ erba’ gowls sa minuta minn tmiem l-ewwel sessjoni, u wara li Timmy Sullivan naqqas id-distakk, San Ġiljan skorjaw darbtejn oħra sa nofs it-tieni sessjoni. Exiles pruvaw jibqgħu fil-logħba b’doppjetta ta’ Sullivan, iżda fit-tielet sessjoni, San Ġiljan għamlu ċert mir-rebħa b’ħames gowls mingħajr risposta għal vantaġġ komdu ta’ 11-3. Exiles skorjaw erba’ darbiet fl-aħħar sessjoni, b’Andreas Galea jiskorja bejniethom għal San Ġiljan.

Neptunes rebħu b’distakk akbar ta’ 16-6 kontra Birżebbuġa Freeport, l-unika tim mill-Ewwel Diviżjoni li qed jieħu sehem. Protagonist għal Neptunes kien iż-żagħżugħ Jake Muscat li skorja sitt gowls, f’kompetizzjoni li żgur hi ta’ ġid għal żgħażagħ bħalu.

Neptunes kienu diġà tliet gowls minn fuq fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni u daħlu jistrieħu 9-3 minn fuq, bit-tim ta’ Birżebbuġa ma jlaħħaqx mal-kwalità tat-tim żagħżugħ ta’ Neptunes. Fit-tielet sessjoni spikka x-xellugi Nikolai Zammit li skorja tripletta, hekk kif Neptunes ikkontrollaw il-logħba, bl-aħħar sessjoni sservi biss ta’ formalità.

SAN ĠILJAN TUM INVEST…….. 12   EXILES ELIA CATERERS……….. 7

(4-1), (2-2), (5-0), (1-4)

San Ġiljan: J. Tanti, K. Magri, A. Galea (2), B. Grech, K. Dowling (1), M. Zammit (1), R. Caruana, C. Farrugia (1), T. Said (3), Da. Zammit, J. Bonavia, Di. Zammmit (4), T. Micallef

Exiles: M. Castillo, C. von Brockdorf, A. Magri (1), T. Sullivan (5), S. Xerri de Caro, M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris, A. Cousin, B. Lanzon, S. Apap, M. Martin

Referees: Mario Dalli, Neville Mercieca

SLIEMA FRANK SALT………….. 14   VALLETTA VIDEOSLOTS……….. 8

(4-1), (4-2), (3-3), (3-2)

Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (2), N. Saliba, J. Sciberras (2), M. Meli (1), B. Cachia (1), M. Spiteri Staines (3), G. Blundell, M. Cordina (3), D. Fenech, Z. Mizzi (1), N. Bugelli (1), Z. Sciberras

Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines (2), A. Agius, P. Borg (1), C. Zammit, R. Mock, D. Paolella (1), M. Mifsud, N. Farrugia, M. Zammit (4), M. Lanzon, K. Galea, R. Bonnici

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 6   NEPTUNES LEO VEGAS…………. 16

(1-4), (2-5), (1-5), (2-2)

Birżebbuġa: D. Spiteri, M. Borg, N. Cassar, D. Pace Lupi (2), C. Mifsud (2), R. Spiteri, S. Vassallo (1), D. Cutajar (1), Z. Farrugia Seychell, K. Ellul, L. Borg, J. Buhagiar, J. Cremona

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon (1), K. Erdogan (1), G. Pace (1), M. Martellacci, J. Farrugia, J. Muscat (6), J. Abela (3), N. Zammit (3), V. Ragone, M. Azzopardi (1), B. Busuttil

Referees: Alex De Raffaele, Richard Magri

Kif Jinsabu

                          L       R       D       T       F       K       Pti

Sliema                3        3        0        0        36      21      9

Neptunes           3        2        0        1        37      24      6

Sirens                 2        2        0        0        23      13      6

San Ġiljan         3        2        0        1        27      26      6

Valletta             3        0        0        3        23      33      0

Birżebbuġa       2        0        0        2        10      25      0

Exiles                2        0        0        2        12      26      0

Logħob li jmiss

Is-Sibt 23 ta’ Frar

Valletta v Birżebbuġa    3.00pm

Sirens v San Ġiljan        4.15pm

Exiles v Sliema               5.30pm