Mijiet ta’ persuni inġabru fil-Bażilika Kolleġġjata ta’ Sant’Elena f’Birkirkara biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Deputat Nazzjonalista, it-Tabib Lino Gauci Borda li miet nhar l-Erbgħa fl-eta’ ta’ 81 sena.
Fl-Omelija tiegħu, il-konċelebrant ewlieni Dun Karm Busuttil qal li l-ħajja ssib il-milja tagħha meta l-ħajja tkun waħda ta’ servizz lill-oħrajn, bħall-ħajja ta’ Lino Gauci Borda, kemm fil-professjoni tiegħu bħala tabib tal-familja kif ukoll fil-ħajja pubblika bħala Deputat.
Preżenti fil-Bażilika kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Dela, Presidenti Emeritus, ex Prim Ministru, deputati u kandidati.
Net News jaghti mill-gdid il-kondoljanzi lill-familja tat-tabib Lino Gauci Borda
//= $special ?>