Lokali

“White Paper li ma toffrix soluzzjonijiet konkreti” – Il-Kamra tal-Kummerċ

“Pajjiżna, is-soċjetà u l-ekonomija ma jaffordjawx iż-żieda fil-prezz għall-akkomodazzjoni. Tinħtieġ azzjoni b’saħħitha u immedjata fuq id-diversit fatturi li qed jikkontribwixxu għas-sitwazzjoni preżenti sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità tal-ħajja u t-tkabbir sostenibbli f’Malta.”

Dan qalitu l-Kamra tal-Kummerċ aktar kmieni din il-ġimgħa.

Hekk kif pajjiżna qed jaffaċċja l-akbar kriżi fil-housing fl-aħħar żmien, il-Kamra tal-Kummerċ appellat lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tagħti direzzjoni ċara biex tiġi żgurata provista ta’ housing affordabbli u permanenti. Il-Kamra kompliet tgħid li b’hekk biss jistgħu jiġu indirizzati l-bżonnijiet immedjati u dawk tal-futur qrib.

Il-Kamra tal-Kummerċ kienet qed tirreaġixxi għall White Paper li ppubblika l-Gvern ftit tax-xhur ilu dwar il-kiri li tidher li ma tagħti l-ebda soluzzjoni għall-problemi eżistenti fil-qasam tal-housing.

L-istqarrija ta’ din il-Kamra tgħid li l-istatus quo fil-qasam tal-kiri tal-privat m’għadux sostenibbli u kkritikat il-White Paper li skont hi naqset li tipprovdi soluzzjonijiet konkreti u fit-tul li tabilħaqq jegħlbu l-isfidi tal-pajjiż f’dan il-qasam.

Ikkummenta