Sport

L-impenji tal-KOM u Ian Grech fit-18-il programm Sport Extra

Wara waqfa ta’ ġimgħa minħabba l-festa ta’ San Pawl, illum mis-6.05pm ‘l quddiem jixxandar it-18-il programm Sport Extra bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

Fl-ewwel parti tal-programm, il-mistieden ewlieni hu s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Joe Cassar. F’intervista ma’ Charles Camenzuli ta l-aħħar dettalji marbuta mal-impenji li atleti Maltin għandhom din is-sena f’kompetizzjonijiet li jaqgħu taħt il-Kumitat Olimpiku Malti. Fost dawn, it-18-il edizzjoni tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa f’Montenegro, kif ukoll it-tieni Edizzjoni tal-Logħob Ewropew li għandhom isiru f’Minsk.

Fit-tieni parti, intervista ma’ Ian Grech li wara staġun mill-aktar pożittiv intgħażel mill-Malta Amateur Athletics Association bħala l-Atleta tas-Sena 2018.

Il-muntaġġ tas-servizzi fil-programm sar minn Samira Cachia Spiteri filwaqt li l-filmati ttieħdu minn Joe Sultana u Steve Psaila.