Iż-żagħżugħ Libjan li qed jiġi kunsidrat bħala l-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel f’Malta lura f’Diċembru tal-2016, ingħata l-libertà proviżorja.
Filwaqt li Soko Moussa Shaha Ali nżamm arrestat tul dan iż-żmien kollu, il-Qorti rat ir-rikors tiegħu u għaldaqstant ingħatatlu l-liberta proviżorja fuq garanzija personali ta €50,000 u depożitu ta’ €20,000. Huwa ġie ordnat ukoll li ma jistax isiefer barra minn xtutna mingħajr il-permess tal-Qorti u ġie pprojbit milli jila’ abbord dgħajsa jew vapur.
Sadanittant, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera saħqet li hemm bżonn ta’ emenda fil-liġi dwar l-għoti tal-ħelsien mill-arrest ta’ persuni li jitressqu quddiem il-Qrati Maltin akkużati b’terroriżu. L-Imħallef sostniet li l-Qorti trid tingħata direzzjoni sabiex id-drittijiet tas-soċjetà u dawk tal-akkużati jinżammu f’bilanċ.
//= $special ?>
