Mira Slava Bodishtianu hi Maltija li għad għandha biss sitt snin … iżda minkejja dan, hi ġenju.
Iltqajt ma’ Mira fl-appartament tan-nanniet tagħha fil-Qawra, fejn jispikka ħajt li quddiemu Mira tqatta’ ħin twil ma’ nannitha. Dawk li għal ħafna ma jfissru xejn, huma formoli tax-xjenza.
Grazzi għal ommha, Mira diġa taf ħafna dwar l-anatomija tal-ġisem, waqt li grazzi għal nannuha ħarġet ukoll numru ta’ kanzunetti.
Dan waqt li taf titkellem sew bl-Ingliż u bir-Russu, għandha bażi tajba tal-Ġappuniż u saħansitra qed titgħallem il-Malti u taf xi frażijiet bil-Latin ukoll. Bla tlaqlieq ta’ xejn tgħdilna n-numri bil-Ġappuniż u saħansitra tkanta b’din il-lingwa.
L-aħbar tal-intelliġenza impressjonanti ta’ Mira s-sena li għaddiet saħansitra wasslitha biex tidher fuq programm fuq stazzjon nazzjonali fir-Russja, fejn impressjonat lil kull min segwiha.
Iżda minbarra l-intelliġenza naturali tagħha u d-dedikazjoni speċjali li għandha għat-tagħlim, ma’ Net News Mira tispjegalna wieħed mis-sigrieti tagħha.
Il-ħolma tal-familja Bodishtianu issa hi li Mira titgħallem sew il-Malti biex tibda tirrappreżenta lil pajjiżna fejn diġa għandha opportunitajiet li tikkompeti fix-xhur li ġejjin.
//= $special ?>