Tottenham mhux se jkunu jistgħu jiftħu l-istadium il-ġdid tagħhom qabel tal-anqas April wara li Crystal Palace għaddew mill-kwarti tal-finali tal-FA Cup. Wara li l-logħba kontra Arsenal ma kinitx se tkun possibbli, il-logħba li jmiss fil-Premier League hi kontra Palace fis-17 ta’ Marzu.
Iżda l-klabb ħabbar li d-data tal-logħba se jkollha tinbidel wara li Palace għelbu lil Doncaster biex għaddew mal-aħħar tmienja tal-FA Cup, bil-kwarti tal-finali tal-FA Cup se jintlagħbu f’dik il-ġimgħa. Dan ifisser li l-ewwel data għad-dispożizzjoni hi fl-ewwel ġimgħa ta’ April.
Dan minħabba li hemm il-waqfa internazzjonali u l-logħba ta’ Tottenham f’Anfield kontra Liverpool fil-31 ta’ Marzu. Għalhekk id-data realistika hi l-logħba kontra Brighton fis-6 ta’ April. Iżda dik il-ġimgħa jinkludi wkoll logħbiet tal-FA Cup. L-għażla li jmiss għall-ftuħ tal-istaġun hi potenzjalment kwarti tal-finali taċ-Champions League, b’Tottenham jinsabu favoriti li jgħaddu wara li rebħu l-ewwel leg 3-0. Il-logħbiet jintlagħbu fid-9 u fl-10 ta’ April.
Tottenham iridu wkoll jagħmlu żewġ avveniment ta’ suċċess bħala test bin-nies fl-istadium li għadhom ma ġewx skedati. Jekk kollox immur tajjeb, jiksbu ċ-ċertifikat ta’ sigurtà u jkunu jistgħu jilagħbu l-logħbiet fl-istadium il-ġdid ta’ 62,062 spettatur.
Il-Ġimgħa l-oħra, il-manager ta’ Tottenham Mauricio Pochettino saħaq li l-preferenza tiegħu hi jilagħbu fl-istadium il-ġdid kemm jista’ jkun malajr, anki jekk fisser li jilagħbu logħba biss sa tmiem l-istaġun.
//= $special ?>