Kurżitajiet Lokali

ARA: Super Isaac u l-qtates ta’ San Pawl il-Baħar

"Kieku kulħadd kien bħal Isaac, kieku d-dinja tkun ħafna aħjar" - Will Carmack

It-tfajjel ta’ 11-il sena minn San Pawl il-Baħar ġibed l-attenzjoni tal-YouTuber Will Carmack li tella video fuq il-media soċjali dwaru. Carmack jirreferi għal Isaac Muscat bħala eroj. Dan għaliex dan it-tifel jieħu ħsieb jitma komunità sħiħa ta’ qtates f’San Pawl il-Baħar.

Bis-saħħa ta’ Isaac iktar nies minn San Pawl il-Baħar bdew jgħinu f’din l-inizzjattiva u qed jikkontribbwixxu biex jinxtara l-ikel għal dawn il-qtates.

Dan it-tfajjel mimli entużjażmu u enerġija jixtieq isir bdot. Imma sadantittant, qed juża l-enerġija tiegħu biex isalva l-qtates ta’ San Pawl il-Baħar, u qed jagħti eżempju ta’ xi tfisser tkun tħobb verament l-annimali.