Atletika Sport

Denise Borda tirbaħ l-ewwel tellieqa tal-House of Sport fuq 10 kilometri

(Ritratt: Angie Conti)

Denise Borda ta’ Żurrieq Wolves irreġistrat l-ewwel rebħa tagħha fis-serje tat-tlielaq fuq distanza ta’ 10 kilometri tal-House of Sport b’rebħa konvinċenti fit-tellieqa annwali magħrufa bħala l-Ladies Race. It-temp kien tajjeb għat-tellieqa li bdiet kmieni l-Ħadd filgħodu, bil-bidu u t-tmien ikun f’Tigne Point. B’kollox kien hemm madwar 120 parteċipant nisa li ħadu sehem.

Borda li għamlet xi żmien wieqfa minħabba li kienet imweġġa’, marret fuq quddiem fil-bidu tat-tellieqa. Anna Skinner ta’ Raptorz Running Club u Charyl Fava ta’ Agones SFC kienu jinsabu wara Borda. Skinner kienet l-aktar li żammet ir-ritmu ta’ Borda, f’rotta mimlija tlajja.

Denise Borda spiċċat rebbieħa fi 43 minuta u 58 sekonda, b’Skinner tidol erba’ sekondi wara filwaqt li Fava spiċċat fit-tielet post f’44 minuta u 35 sekonda. Id-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele ppreżenta l-premijiet lir-rebbieħa. It-tiġrija li jmiss tal-House of Sport 10k Series hi l-Edizzjoni tal-Mdina li se ssir il-Ħadd 14 ta’ April.

Riżultati

Kategorija Open

1. Denise Borda (Żurrieq Wolves)

2. Anna Skinner (Raptorz Club Running)

3. Charyl Fava (Agones SFC)

Grupp Età 30-34

1. Rebecca Fleming (Raptorz Running Club)

2. Maureeen Farrugia (Starmax)

3. Lorna Mifsud

Grupp Età 35-39

1. Joanna Camilleri (Pembroke Athleta)

2. Donatella Fenech (Ladies Running Club)

3. Cherylie Grech

Grupp Età 40-44

1. Davina Spriggs (Raptorz Running Club)

2. Denise Cuschieri

3. Karelle Vella (Ladies Running Club)

Grupp Età 45-49

1. Alison Tabone

2. Audrey Craig (Ladies Running Club)

3. Fiona Vassallo

Grupp Età 50-54

1. Miriam Abela Orland (Agones SFC)

2. Victoria Fenech Buontempo (Ladies Running Club)

3. Claire Incorvaia

Grupp Età 55-59

1. Mary Grace Demicoli (Starmax)

2. Luana Zammit

3. Susan Fenech (Birkirkara St. Joseph)

Grupp Età 60+

1. Christine Attard (Ladies Running Club)