Lokali Parlament

Il-PN dejjem kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja

Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni se tivvota favur din il-liġi. Qal li pero li mhux kif qed jingħad mill-Partit Laburista, li s-sitwazzjoni tal-pajjiż hija dik li hi grazzi għalih u mhux ta Partit Nazzjoanlista. Staqsa fuq gaming, servizzi finanzjarji u turiżmu u fuq il-low costs. Dawn huma parti mir-riforma li għamel il-PN, li kellu viżjoni u fetaħ ajruport ġdid li fetaħ fid-disgħinijiet u anke l-Freeport. Wieħed isaqsi min nvesta fil-Freeport.

Robert Cutajar, Membru Parlamentari u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalsita dwar il-Kunsilli Lokali, qal li Jekk wieħed iħares lejn l-istorja, dejjem konna fuq in-naħa t-tajba, indipendenza u l-Unjoni Ewropea. Kieku ma dħalniex fl-Unjoni Ewropea, lanqas għandna Segretarju Parlament għal fondi tal-UE. Qal li l-Partit Laburista diġa beda jilqa’ għal fondi li ġab Lawrence Gonzi ta’ bijun u 200 miljun, u dawn il-fondi meta nġiebu?

Meta l-Ewropa kienet għaddejja mill-agħar kriżi, u kellna mexxej li kontra ma’ ġara f’pajjiżi Ewropej oħra żamm lil Malta għaddejja. U Gonzi qatt dan ma qalilna li jekk ma ma nġiebux il-barranin mhemmx pensjonijiet. Il-klelliem qal li meta jkollok Prim Ministru jagħmel statement bħal dak, xokkanti. Irridu nies minn barra mela le, imma li jagħmlu d-differenza mela barranin taċ-cheap labour.

Id-Deputat Cutajar qal li iva anke George Borg Olivier kellu viżjoni fis-sittinijiet, meta benda l-lukandi li ma kienx hawn u tall-Partit Laburista qed jagħtu l-impressjoni li x-xemx telgħet fl-2013,. Ma kellniex bżonn inbiegħu l- passaporti, u llum qal li se jibni s-“social housing” u f’sitt snin m’għamel xejn. Qal li Gvern li se jeradika l-faqar, meta Yana Mintoff tkellmet ukoll fuq il-faqar.

Din qalet mur ġib lil missieri kieku għadu ħaj. Mur għidilhom lil dawk li qegħdin jgħixu fil-garaxxijiet. Dawk li jkunu qegħdin jistennew ikl-paga u l-l-pensjoniji. Cutajar qal li ma jiswa xejn il-“credit rating” A u A+. Irridu nkunu reali u statitistika realli ta’ Euro Stat qalet li 22,000 jinsabu f’riskju tal-faqar. Irridu naraw li l-anzjani tagħna li jgħixu ħajja diċenti.

Nitkellmu fuq tkabbir ekonimiku u hawn ħafna li mhux qed iħossu dan kollu. Gvern Labuista kien baqa’ gallerija meta konna nitkellmu fuq il-pensjonijiet u għalhekk dik tal-ħaddiema barranin. Iva ħaddiema minn barra, imma qed jiġu bla pjan, u dan qed joħloq problema waħda wara l-oħra. Hija ħasra għax illum iż-żmien għadej u għada se nħallsu ta’ dan l-ingann. Fuq “surplus” li mhux qed jinfirex. Qed jikber ukoll id-distakk bejn il-faxxa ta’ fuq u t’isfel.

Id-Deputata Cutajar qal li studju ieħor l-akbar żieda ta’ inkwilini li jgħixu fil-faqar, ma nafx kemm il-budget qalilna l-Gvern li 50 miljun ewro investment fil-housing u ma sar xejn, il-50 miljun messhom saru 200 miljun. Anke is-self employed u s-sidien tan-negozji ż-żgħar, imma dawn mhux qed iħossu dak li l-Gvern qed jgħid.

Li stħarriġ li ħareġ fil-Milied, ħareġ li l-profitt kien anqas mis-snin ta’ qabel, xi ħażina kien hemm.  Il-bini sfrenat u nduru mal-permessi biex noħroġuhom bla addoċċ, għad ibatu uliedna. Meta nitkellmu dwar soċjeta li jimuprtaha, din mhux “buzz word”, temm jgħid Cutajar.