Lokali

Ir-riskji mill-bejgħ tal-Passaporti qed isiru ferm akbar mill-benefiċċji – Peter Agius

Fi stqarrija ta’ Peter Agius, Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem iil-Partit Nazzjonalista, hu qal li b’referenza għall-artiklu tal-gazzetta tal-Partit Laburista Kullħadd, fejn qed jiġi kkritikat għal artiklu li ppubblikajt fil-gazzetta The Malta Independent bit-titlu The slippery slope of passport sales, huwa jinnota li l-Partit Laburista qed ikompli jwebbes rasu bi skema li skont il-Kummissjoni Ewropea ma sserraħx ras l-Ewropa b’riskji ta’ sigurtà u sikurezza fuq iż-żona Schengen, u dubji dwar l-iskema li tista’ tiġi abbużata għal intenzjoniet ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni kif qalet il-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha tat-23 ta’ Jannar.

Peter Agius temm l-istqarrija billi qal li kif wera fl-artiklu, r-riskji mill-bejgħ tal-passaporti qed isiru ferm akbar mill-benefiċċji.