Futbol Sport

It-timijiet ta’ Manchester jevitaw lil xulxin fil-kwarti tal-finali tal-FA Cup

Wara l-aħħar logħba mill-aħħar 16, telgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tal-FA Cup. Manchester United li jitqiesu fost il-favoriti, telgħu fil-polza barra minn darhom għat-tielet darba konsekuttiva kontra Wolves. Il-favoriti l-oħrajn Manchester City se jmorru Wales kontra Swansea.

Konfront interessanti se jkun bejn Watford u Crystal Palace li huma żewġ timijiet tal-Premier League filwaqt li t-tim taċ-Championship Millwall jilqa’ lil Brighton. Il-logħbiet jintlagħbu bejn il-15 u s-17 ta’ Marzu.

Il-poloz tal-kwarti tal-finali

Swansea v Manchester City

Watford v Crystal Palace

Wolves v Manchester United

Millwall v Brighton

Tags