Lokali

KUNSILL ĠENERALI: Flimkien Għal Pajjiżna

Għada t-Tlieta jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Flimkien għal Pajjiżna.

Il-Kunsill Ġenerali jibqa’ għaddej tul il-ġimgħa kollha u jaqgħlaq il-Ħadd bid-diskorts tal-għeluq tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

It-Tlieta fis-6.30pm issir l-ewwel sessjoni tal-plenarja li tiftah bid-diskors tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli. Il-Viċi Kap għall-ħidma fil-Partit, Robert Arrigo jagħlaq din is-sessjoni.

L-Erbgħa u l-Ħamis isiru Laqgħat Distrettwali Reġjonali għad-distretti kollha, laqgħat li se jiġu indirizzati wkoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Ġimgħa, il-Vici Kap tal-PN David Agius jagħlaq it-tieni sessjoni plenarja, bit-tielet sessjoni plenarja tibda’ s-Sibt fid-9.30am u tagħlaq bid-diskors tal-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono.

Il-Ħadd imbagħad issir ir-raba’ u l-aħħar sessjoni plenarja b’diversi kelliema jagħmlu l-interventi taggħom, segwiti bir-replika tas-Segreatju Ġenerali Clyde Puli.

Il-Kunsill jagħlaq bid-diskors tal-Kap tal-Partit Adrian Delia.

Dan il-Kunsill Generali amministrattiv mhux biss jaghti harsa lejn l-ewwel sena shiha tal-amministrazzjoni l-gdida, immexxija minn Adrian Delia, izda hu wkoll Kunsill Generali li qed jitlaqqa’ qabel il-pajjiz ikun imsejjah biex jivvota kemm ghall-Mmebri Parlamentari Ewropej kif ukoll ghall-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Ghawdex.