Lokali

Kunsillier ġdid għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta

Mark Spiteri Lucas ha l-ġurament ta’ kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta t-Tnejn filgħaxija wara li r-riżenja tas-sindku preċedenti Alexei Dingli waslet għal post battal ta’ kunsillier f’din l-istess lokalità.

Is-Sindku l-ġdid, li huwa Christian Micallef, huwa wkoll ir-raba’ sindku tal-belt kapitali. Hu kien ħa post is-sindku preċedenti wara li kien diġa serva bħala Viċi Sindku. Vince Fabri issa laħaq viċi sindku flok Micallef. Hu kien qed iservi bħala kunsillier f’dawn l-aħħar snin.

Fil-ġurament tiegħu, Spiteri Lucas wiegħed li se jkun qed jaħdem flimkien mal-kollegi tiegħu fil-Kunsill Lokali f’ħidma waħda għall-ġid tal-lokalità.

Mark Spiteri Lucas se jkun qed iservi f’dan l-irwol għal fil-ġimgħat li ġejjin sakemm terġa’ ssir l-elezzjoni tal-kunsill lokali, bir-residenti jagħżlu dawk li jixtiequ li jirrapreżentawhom għal-lokalità aħjar.

Mark Spiteri Lucas aċċetta t-talba tal-Partit Nazzjonalista u ġie co opted bħala kunsillier.