Lokali

L-Awtorita’ tal-Artijiet ħatja li kisret id-Data Protection

Il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data sab lill-Awtorita’ tal-Artijiet ħatja li kixfet dokumenti u dettalji personali ta’ diversi individwi, f’każ illi kien feġġ fil-media lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.

L-Awtorita’ tal-Artijiet instabet ħatja li kisret il-liġijiet tal-GDPR, u għalhekk ġiet immultata €5,000.

L-investigazzjoni li saret mill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data tistabbilixxi li meta seħħ il-każ l-Awtorita’ ma kelliex sigurta’ online skont dak rikjest minn livelli internazzjonali. Il-website tal-Lands naqset ukoll mill-aspett etiku fejn tidħol il-privatezza tal-individwi.

Il-leak kien jinkludi data sensittiva ta’ diversi klijenti u korrispondenza bejn individwi u l-Awtorita’ tal-Artijiet.