Edukazzjoni Lokali

“L-edukazzjoni tinsab fi kriżi” – l-editorjal tat-Times

Is-sistema edukattiva mhix tagħti riżultati. Il-Gvern ma kienx kapaċi li jippjana fit-tul għal dan iss-ettur. U minn dak kollu qed ibatu t-tfal tagħna u l-għalliema.

Hekk jistqarr l-editur tat-Times of Malta illi fil-kummentarju tiegħu tal-lum jitkellem dwar dak li sejjaħ “kriżi” fis-sistema edukattiva u fl-iskejjel tal-Gvern.

It-Times tgħid illi fejn tidħol l-edukazzjoni, is-sitwazzjoni hija waħda ta’ tħassib kbir. Il-politiċi li jmexxu qed ifallu, hawn nuqqas ta’ għalliema, studenti li mhux ikollhom riżultati kif mistenni, qed nonqsu fejn jidħlu l-early school leavers u t-tfal spiċċajna tfajnihom fil-kontejners – kollu riżultat ta’ Gvern li ma pjanax u ma ħasibx fil-bogħod.

Dan kollu għandu jħasseb mhux biss lill-ġenituri u lill-għalliema, iżda anke lin-nies fin-negozju u lis-soċjeta’ in ġenerali.

It-Times tgħid li l-Ministru Evarist Bartolo mhux juri ħeġġa biex jindirizza dan kollu. U bħala diversiv, taparsi ħabbar konsultazzjoni fuq l-uniformijiet tal-iskola.

Jissemma ukoll kif il-Gvern falla milli jibni skejjel ġodda, filwaqt illi fejn inbeda xi xogħol…dan waqa lura bi kbir – realta’ li tikkuntrasta mal-ħeffa u l-motivazzjoni li teżisti fejn jidħlu l-proġetti ta’ appartamenti lussużi u high-rise. “Hawn, ir-riżultati tarhom malajr. Iżda fl-iskejjel, spiċċajna bit-tfal fil-kontejners”, jgħid l-editorjal tat-Times of Malta.