Il-Partit Nazzjonalista jappoġġja inizjattivi ta’ organizzazzjonijiet sportivi għax jaf li minnhom se jgawdi kulħadd, partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ, li huma l-futur ta’ pajjiżna.
Hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa mal-Kumitat ta’ Marsa FC fil-Każin tagħhom, sena qabel ma l-klabb jagħlaq l-anniversarju importanti ta’ 100 sena mill-fondazzjoni tiegħu.
Adrian Delia ħa l-okkażjoni jiltaqa’ ma’ dawk preżenti u flimkien mal-Kumitat segwa l-ideat li għandhom ippjanati għall-futur. Hu faħħar l-impenn tal-membri preżenti biex fi ftit xhur biss, it-tim tal-Marsa qed jerġa’ jsir sostenibbli finanzjarjament.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista innota kif il-membri tal-Kumitat preżenti, flimkien mat-tim tekniku, qed jaħdmu bla heda biex ifittxu jsalvaw lit-tim minn problemi futuri.
Min-naħa tiegħu, il-President ta’ Marsa FC Joseph Xuereb irringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia talli aċċetta mill-ewwel li jiltaqa’ magħhom u jifhem il-ħtiġijiet li għandhom.
Hu tenna l-impenn tiegħu u tal-membri sħabu li jaraw li l-futbol fil-lokal tagħhom jibqa’ jiżviluppa ‘l quddiem minkejja l-isfidi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom.
Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonlista kien akkumpanjat mill-Kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dione Borg.
Il-kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-parlament Ewropew Dione Borg tkellem dwar ir-rabta li hemm bejn l-isport u l-komunità u dwar l-importanza li jsir l-iżvilupp meħtieġ biex il-komunità tkompli tiżviluppa permezz tal-isport. Dione Borg qal li l-Marsa hi lokal li qed terfa’ diversi piżijiet u li għalhekk għandu jsir investiment ħolistiku u qawwi f’din il-lokalità.
Adrian Delia u Dione Borg ittieħdu jaraw il-faċilitajiet ta’ Marsa FC fil-lokal fejn il-membri tal-kumitat ta’ Marsa FC esprimew id-diżappunt taghom għan-nuqqas ta’ faċilitajiet li għandhom partikolarment fejn tidħol in-nursery. Fil-fatt minbarra l-ground żgħir li għandhom Marsa FC, il-klabb għandu biss żewġt ikmamar bla faċilitajiet neċessarji biex minnhom tkun amministrata n-nrusery u biex isir ix-xogħol l-ieħor kollu konness mat-tim.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia ta l-appoġġ lill-kumitat tal-Marsa fil-pjani tiegħu biex jiżviluppa l-ground u beix jikseb ukoll art oħra viċin biex ikabbar il-faċilitajiet li se jingħata.
//= $special ?>