Għandna dritt li mmorru għand l-Unjoni Ewropea u qed nittama li r-riżoluzzjoni tgħaddi mill-kumitat parlamentari għada u li f’Marzu tgħaddi mill-plenarja tal-Parlament Ewropew. Huwa qal li kien qed jirringrazzja lill-MEP’s li qed jiddeffendu l-interessi u l-valuri ta’ pajjiżna, li qegħdin jiġġieldu għall-ġustizzja f’pajjiżna, aktar mill-Gvern tagħna stess.
Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġormament id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li kien qed jirringrazzja b’mod partikolari lil David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, li huma xempju ta’ serjeta’ u ta’ kuraġġ u li qegħin ikomplu jiddeffenduna minkejja t-theddid u l-insulti u l-attakki. Qal li kif tgħaddi kif din ir-riżoluzzjoni Malta se tkun taħt il-lenti sakemm Keith Schembri u Konrad Mizzi jitressqu għall-ġustizzja.
Huwa qal li s-soluzzjoni mhux li nagħlqu ħalqna u li nħallu l-korruzzjoni għaddejja. Is-soluzzjoni hi li jittieħdu passi kontra l-korruzzjoni u kontra l-korrotti, ibda b’Konrad Mizzi u b’Keith Schembri, għax huma qed imexxu l-pajjiż…għax il-ħuta minn rasha tintenn. Wissa li jekk se jibqgħu jisfidaw lill-ġustizzja se tkompli ssir ħsara fuq Malta.
“Tkomplux tużaw lil Malta bħala ostaġġ, tkomplux tużaw lil Malta biex tgħattu xturkom, kunu patrijotti veri u mhux taparsi u ħudu passi sabiex isem pajjiżna jerġa jieħu r-ruħ. Wara kollox, kull ma qed nitolbu huw ali twettqu dak kollu li wegġttu intom stess, li Malta mhijiex tagħkom biss, imma Malta hija tagħna ilkoll, kompla jgħid Busuttil.
L-aħbar dwar l-allegat korruzzjoni fis-settur tat-tonn il-ġimgħat li għaddiet tibgħat żewġ messaġġi. Il-ħuta minn rasha tintenn. Kellu jkun pressjoni minn barra biex jittieħdu passi-kieku ma kien isir xejn. Iva minn rasha tintenn għax il-korruzzjoni rabbietl-għeruq imma tibda minn fuq.
Ma tistax tieħu passi kontra l-korruzzjoni jekk hemm intiena ta’ korruzzjoni f’Kastilja stess. U minħabba f’hekk il-messaġġ illum hu; kulħadd jista’ jagħmel li jrid, kulħadd ixaħħam, mil-kbir saż-żgħir, għax passi ma jittieħdux.
Dr. Simon Busuttil qal li anzi, niċħdu s-sewwa u nżommu lill-istituzzjonijiet milli jagħmlu xogħolhom u jieħdu passi. Meta kien qed jirreaġixxi għad-diskors tal-Ministru Owen Bonnici fil-Parlament Ewropew, il-ġimgħa li għaddiet, il-Kelliem qal li l-agħar episodju kien meta qal li fuq 17 Black saru żewġ inkejsti u ma nstab xejn. Saru żewġ inkejsti? , staqsa Dr. Busuttil.
Hawn il-kelliem ikkwota wkoll dak li qalu MEP’s barranin fejn dawn l-anqas biss emmnu dak li qed jgħid il-Gvern. Ikkwota lil Gunnar Hokmark, li qal li kien sorpriż , u anke maħruq mill-fatt li l-Ministru Bonnici ċaħad kollox. Dan qal li affarijiet bħal dawn isiru biss f’pajjżi bħal Russja, fejn hemm dejjem jingħad li ma hemmx problemi.
Hokmark, qal Dr. Busuttil li wieħed ikollok Ministru tal-Ġustizzja jiċħad li kien hemm xi problemi fil-pajjiż, ifisser lim l-istess Ministru huwa parti mill-istess problemi. Dan qal ukoll li dak li qal il-Ministru Bonnici kompla kisser ir-reputazzjoni ta’ Malta. Jekk hawn min jgħid li l-kritika jgħid qed isir mill-Membri Parlamentari tal-grupp tal-PPE, Ana Gomez, żgur li mhux ġejja mill-familja tal-Partit Nazzjonalists, anzi ġejja mill-familja Laburista.
Din qalet li qabel is-smiegħ, seta’ kien hemm l-impressjoni li l-Ministru tal-Ġustizzja kien qed jagħmel l-aħjar tiegħu biex jiddeffendi lil Malta, u li dan ma kellu kontroll tas-sitwazzjoni iżda bil-preżentazzjoni li ta bil-kuntrarju, li għandu kontroll assolut, u jaf kollox u li kien qed jagħmel minn kollox biex ma jħalliex investigazzjoni serja u jesponi dak li kien qed isir f’Malta.
Simon Busuttil qal li anke Sven Gold mill-Ħodor Ewropej qal Bonnici kien għajjien ħafna fis-sustanza u li nħeba wara inkjesta Maġisterjali sigrieta. Dan qal li d-dellijiet fuq Malta għadhom hemm, u dan wara x-xhieda fuq il-każ 17 Black, il-pajjiż mhuwiex kredibbli sakemm iċ-Chief of staff tal-Prim Ministru , Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi jibqgħu jagħmlu parti mill-Gvern.
Simon Busuttil qal li kellha tkun pressjoni minn barra biex jittieħdu passi fuq il-każ tal-ħu, għax kieku ma kien isir xejn. Tkellem ukoll dwar ir-Riżoluzzjoni LIBE, il-vot li ttieħed fil-kumitat u tkellem dwar ir-riżoluzzjoni dwar Malta fejn kien hemm kundanna għall-Gvern ta’ Joseph Muscat mill-bidu sa l-aħħar. Qal li xi ħaġa bħal din qatt ma kellna bħalha f’Malta fi 15-il sena sħaħ, Tenna li jekk se jkompli jinjoraw dan kollu se jitgħarraq l-isem ta’ pajjiżna.
Huwa qal li l-Gvern se jkollu bilfors jieħu passi, kif kellu jieħu l-ġimgħa li għaddiet fuq it-tonn għal kien hemm pressjoni minn barra. Għax hekk biss jiċċaqlaq il-Gvern. Qal li t-theddid kontinwu tal-Gvern huwa biex nagħlqu ħalqna u li l-PN huwa traditur. Tmurx għand l-UE għax traditur. Titkellem kontra Malta? Mela jekk titkellem kontra l-korruzzuzzjoni ifisser li int kontra Malta? Allura x’nagħmlu? Inħallu lil Konrad Mizzi u Keith Schembri idaħħlu 5,000 ewro kuljum u ma ngħidu xejn? u ma nagħmlu xejn? Hekk ma nkunux tradituri? Billi nagħlqu għajnejna? Billi nsoddu widnejna? Billi nagħlqu ħalqna?
Dan minn meta? Mela l-UE mhux aħna? Mela l-awtoritajiet tal-UE mhux tagħna lkoll? Mela l-UE għadkom tqisuhom ta’ barra? Tradiment ta’ min? It-tradiment vera huwa li tuża isem Malta biex tistaħba warajh ħalli ma tinqabadx. It-tradiment veru huwa li tħammeġ isem Malta biex tinqeda int. Kompla li t-tradiment vera huwa li tħalli isem Malta jegħereq minħabba l-interessi personali ta’ Konrad Mizzi, u ta’ Keith Schembri u ta’ Joseph Muscat.
Kompla jispjega li t-tradiment vera huwa li tmur quddiem il-Parlament Ewropew u tigdeb f’wiċċhom u li tgħidilhom kollox sew hawn meta taf li mhux kollox sew u meta int kompliċi li mhux kollox sew. Simon Busuttil staqsa min huma dawn in-nies fil-Parlament Ewropew? Tenna li huma nies minn partiti differenti li żgur mhumiex qed jitkellmu f’isem il-PN. Dawn in-nies jirrispettaw id-drittijiet u l-valuri tagħna, aktar minnkom.
Qal li ma ħallewna ebda għażla li mmorru għand l-Unjoni Ewropea, li wara kollox l-EU hija tagħna lkoll u qiegħda hemm biex tiddeffendi l-valuri tagħna. u li mmorru għand l-UE huwa dritt tagħna, għax din hija t-tarka tagħna għad-drittijiet.
//= $special ?>