Lokali Parlament

Liġi tajba imma nisperaw li ma tiġix ukoll kontaminata’

Arkivji

Id-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, Kelliem dwar is-“Self Employed”, Negozji Żgħar, Koperattivi, Biedja u Sajd qal li l-leġislazżjoni dwar regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardjaw Żoni Ħielsa, hija waħda tajba u l-Oppożizzjoni taqbel magħha, imma wissa biex din ma sserviex biex issir korrotta. Hija liġi mportanti dwar spazju ħielesa ta’ merkanzija f’pajjiżna biex pajjiżna jistagħna tal-kirja tal-merkanzija u tan-nies li jaħdmu mad-ditti tal-vapuri.

Qal li dan li spazju se jservi biex ditti jkollhom bażi Malta u jqassmu, l-merkanzija tagħhom. Vassallo imma wissa biex inħalluh jirnexxi u ma jitbagħbas għax jista’ jkun ta’ mportanza għad-distribuzzjoni ta’ merkanzija. Ma jistax ikun li l-Gvern ikun moħħu biex jaqsam u jżid li spiża tal-korruzzjoni fuq dan is-settur kummerċjali.

Dan ħareġ meta Vassallo kien qed jitkellem fuq l-Abbozz ta’ Liġi biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-affarijiet li jirrigwardjaw Żoni Ħielsa f’Malta. Dan bil-għan li jinkoraġixxi l-iżvilupp ekonomiku u jiġġenera mpiegi f’Malta u sabiex jiddetermina u jirregola l-impriżi li huma awtorizzati jwettqu attivitajiet f’xi Żona Ħielsa. Dan mingħajr preġudizżju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni u l-Kodiċi Doganili tal-Unjoni Ewropea.

Id-Deputat Vassallo qal li din hija liġi li qed naqblu dwarha biex fejn tista’ tiġi maħżuna merkanzija bħal Freeport, tkun ħielsa mir-regolamentazzjoni tad-dwana, tkun qiegħda kunsidrata mhux għal użu tal-kummerż lokali biex terġa tiġi trasportata barra mill-pajjiż. Il-Gvern qiegħed jaħseb fejn jista’ jkollna dawn iż-żoni biex il-quddiem jistgħu jintużaw minn impriżi li jistgħu jitwaqqfu biex imbagħad jibgħatuha fi swieq oħra barra l-pajjiż.

Edwin Vassallo qal li jixtieq jitkellem fuq is-seduta tat-Tlieta li għaddiet fejn fuq stqarrija Ministerjali dwar il-każ, Il-Mistru Jose’ Herrera, qal li d-DG ġiet sospiża skont ir-regolamenti tal-proċedura ta’ dixxiplina skont is-servizz pubbliku. Il-Ministru Herrera ma kienx qed jitkellem dwar xi industrija tal-“fish farms” biex iżomm dan il-pajjiż nadif mill-korruzzjoni.

Il-Ministru qal f’li stqarrija Ministerjali li qed jikkolabora ma’ kulħadd biex jiġu stabbiliti l-fatti kollha dwar dan il-każ. Il-Kelliem qal li ma jistax jitkellem fuq liġi bħal din u ma jitkellimx rigward il-Gvern u l-Korruzzjoni. Sorpriż qal li anke meta hu rrisponda, anke minn naħa tal-Prim Ministru, fejn il-Gvern qal li qed jikkalobara mal-awtoritajiet, ħadd ma tkellem.

Vassallo qal li kien hemm każijiet ferm akbar minn din tad-DG u l-Gvern dejjem jispiċċa iwarrab kollux. Allura mhux vera li huwa jagħmel hekk. Qal li l-ħuta minn rasha tinten, Gvern b’saħħtu maż-żgħir u ġwejjef mal-kbir. “Il-Gvern irid jagħtina x’nifmu għax fuq transkrizzjoni ta’ telefonata, ħa passi u ssospenda, allura qed jaħdem kontra l-korruzzjoni.

“Allura kontra l-Ministru Konrad Mizzi xejn u maċ-Chief of Staff Keith Schembri, l-istess u l-Gvern ma’ ħa ebda passi. Meta għedt li l-ħuta minn rasha tinten, ma ttieħedu l-ebda passi. Il-kultura li biha jaqbillek tkun korrott, tkun aċettata,u li mingħajraha ma tagħmel xejn allura ninkwieta, meta titkellem fuq twaqqif ta’ żoni ħielsa jaqbduni ċertu dubji”, kompla jgħid Vassallo.

Qal li l-Gvern tilef kull standard ta’ korretezza morali u kif jimmaniġġja l-flus. Illum ir-realta’ li l-korruzzjoni, mhux biss saret aċċetata imma li għal ħafna, li ma tistax tgħaddi mingħajrha. Min iwettaq attivita llum, jaf li ma tistax tirnexxi jekk ma xxaħamx lil xi ħadd u ma tagħtix kommissjoni. Ma tistax tirnexxi jekk ma titħadditx fuq korruzjoni. Anke, l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant, qal li dan il-pajjż huwa tal-ħbieb tal-ħbieb.

Vassallo qal li jiftakar żmien meta fuq Ministru Nazzjonalista, l-kamp Laburista kienu jiddieħqu għax kien jgħid li l-manifattura se tispiċċa, u staqsa dan il-Gvern x’għamel biex il-manifattura tirpilja? Meta niftakru li f’dan il-pajjiż, il-kultura tat-tixħim li tkellem dwarha Alfred Sant, qed ikompli jikkonferma l-ħsieb tiegħu.

Qal li jekk ma nkunux attenti, inizjattiva tajba bħal din tista’ tiġi korrotta wkoll u lil Gvern jgħidlu “don’t mess it up and hands off this good initiative” għax din hija meħuda mill-qasam tas-settur tal-loġistika fil-pajjiz, dawk li jimmaniġġjaw it-trasport lejn Malta u lil hinn minn Malta.

Din hija inizzjattiva mhux tal-Gvern, imma ta’ ħafna mis-settur privat li ilhom iħabbtu l-bieb tal-Gvern fuqha u li jridu jkabbru l-operat tagħha u jinvolvu ruħhom u jespondu l-idea fuq spazji oħra u mhux biss il-Freeport. Hemm spazju u ma naħsibx li l-Gvern se jispiċċa jieħu xi raba’ għax m’għandux għalfejn. Nispera li jħalli din l-inizzjattiva fuq is-settur kummerċjali. Settur li jrid jaħdem imma jibża’ mill-korruzzjoni, għax il-korruzzjoni mhija xejn għajr spejjeż zejda. Nisperaw li se nħalluha kif twieldet, f’idejn l-inizzjattiva privata.

Vassallo tkellem ukoll dwar kemm qed tikber l-ekonomija bis-saħħa tal-barranin, u li l-pensjoni qed nieħduha għax hawn huma, għax kieku, kif qal il-Prim Ministru, nispiċċaw ingerrmu l-għadma. Huwa qal li mal-ekonomija li qed tikber irid ikollna sens ta’ ġustizzja familja, mhux iż-żgħażagħ illum ma jistgħu iħarsu ejn futur, irid jħallsu għomorhom ta’ appartament li jridu jixtru. Mhux sew li l-għadma l-Gvern qed jagħtiha lil min ma jiflaħx.

L-operaturi tad-djar qegħdin ukoll jikkiritkaw lill-Gvern l-ispejjeż żejda li għandhom u għalhekk, qal il-kelliem, huwa qed iwissi lill-Gvern biex ma jindaħalx fuq dan is-settur u jgħabbiha bi spejjeż żejda. Huwa qal li ejja ma noħolqux sitwazzjoni li l-Gvern kull min jikkritikah iġibu rrelevanti. Din hija ż-żieda fl-ispejjeż qed jingħad li qed inaqqas il-kompettitiva tas-settur u li qed iservi għal spekulazzjoni u li ma jridux li dawn l-affarijiet jibqgħu mexjin hekk.

Minħabba l-Igaming u s-settur finanzjarju żiedu dawn il-prezzijiet ta’ spekulazzjoni, l-anzjani tagħna u ż-żgħażagħ qegħdin isibuha diffiċli. Hemm min qed jispiċċa barra t-triq. Għandna min mhux ilaħħaq, u issa anke min qied fis-settur kummerċjali qed jgħid ukoll li dan kollu mhux sostenibbli. Din hija bużżieqa li ma nafux meta se tinfaqa.

Vassallo qal li għalhekk il-Partit Nazzjonalista jikkritika l-fatt li l-Gvern m’għandux pjan għall-ġejjieni. Qal li l-isfida kummerċjali hija li ntejjbu l-ekonomija u mhux moħħna fid-domanda tas-suq lokali. Iva qed tikber l-ekonomija, imma għax qed tiżdied il-populazzjoni. Ir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali 2017 jgħid, f’paġna 49, li l-ekonomija għax qed tikber il-popolazzjoni, għax l-ekonomija tagħna mhux qed tikber b’mod reali, iżda b’mod superfiċjali.

Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar iż-żieda fl-għoli tal-ħajja. Qal li min iġarrab jimpurtah, fejn illum il-ġurnata il-korruzzjoni qed tmiss il-but, imma l-Gvern ma jimpurtah minn xejn, l-aqwa li b’saħħtu hu. Dak li biss jinteressah, temm jgħid Edwin Vassallo.