Sport Sport Ieħor

Mario Buhagiar jirbaħ kompetizzjoni tat-trap organizzata mill-MSSF

Mario Buhagiar spiċċa r-rebbieħ tal-Mini Grand Prix tat-trap sponsorjat minn LLMA u organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-iSparar. Dan l-avveniment kien fuq 75 plattina tat-trap, bl-ewwel sitt tiraturi jikkwalifikaw għall-istadji finali.

It-tiratur żagħżugħ Nico Sciberras għamel id-debutt fuq il-podju hekk kif spiċċa t-tieni post. Din kienet l-ewwel Mini Grand Prix tat-trap sponsorjata minn LLMA Limited f’serje ta’ Mini Grand Prix organizzat din is-sena.

Mario Buhagiar rebaħ il-finali ma’ Nico Sciberras meritatament wara li spiċċa l-ewwel f’kull rawnd. John Marmara kompla l-podju bit-tielet post. Angelo Ciappara spiċċa fir-raba’ post segwit minn Eugenio Borg u Rudolph Zammit.

Klassi A: John Marmara 66/75, Eugenio Borg 65/75, Mario Buhagiar 65/75

Klassi B: Nico Sciberras 65/75, Angelo Ciappara 63/75, Rudolph Zammit 62/75

Klassi Ċ: Jason Vella 62/75, Pierre Montebello 56/75, Paul Gatt 54/75

Tags