Sport Sport Ieħor

Neil Robertson jirbaħ l-Open ta’ Wales

(Ritratt: World Snooker)

Neil Robertson irnexxielu jirbaħ l-Open ta’ Wales wara li għeleb lil Stuart Bingham 9-7 f’Cardiff f’logħba missielta. Bingham kien 4-1 u 7-3 minn taħt iżda baqa’ jissielet u kiseb erba’ frames konsekuttivi fis-sessjoni ta’ filgħaxija biex ġab id-draw.

Iżda s-sid numru 10 tad-dinja rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara biex rebaħ l-Open ta’ Wales għat-tieni darba wara s-suċċess tal-2007 meta dakinhar kien għeleb lil Andrew Higginson. L-ebda plejer ma kien fl-aqwa tiegħu iżda ċ-champion tad-dinja tal-2010 kellu breaks ta’ 71, 69, 72, 70, 65, 56 u 83 li kienu biżżejjed biex għeleb lis-sid numru 12.

L-Awstraljan daħal jistrieħ 5-3 minn fuq, b’Stuart Bingham jirbaħ tnejn mill-aħħar tliet frames bi breaks ta’ 50 u 102. Robertston fetaħ vantaġġ ta’ erba’ frames bi breaks ta’ 65 u 56, iżda Bingham baqa’ jittama u għamel ir-riżultat indaqs. Madankollu Robertson rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara biex kiseb il-15-il titlu fil-karriera tiegħu.

Tags