Roma telgħu waħedhom fil-ħames post tal-klassifika wara rebħa ta’ 2-1 fuq Bologna fi Stadio Olimpico. B’hekk huma ħadu vantaġġ mit-telfiet ta’ Atalanta u Lazio biex baqgħu jsegwu lil Milan għar-raba’ post li hu importanti għaliex ifisser post fil-UEFA Champions League staġun ieħor.
Wara taqsima bla gowls, Roma ngħataw penalty fit-53 minuta wara li d-difensur Filip Helander daħal f’Stephan El Shaarawy fil-kaxxa. Mill-11-il metru ALEKSANDAR KOLAROV għeleb lil Lukasz Skorupski b’xutt b’saħħtu fuq il-lemin.
L-iskor sar 2-0 fit-73 minuta. Kien korner mix-xellug ta’ Kolarov, Daniele De Rossi għola u bir-ras spiċċa qassam fid-direzzjoni ta’ FEDERICO FAZIO li għeleb lil Skorupski b’xutt mill-ewwel.
Bologna daħlu fil-logħba fl-84 minuta meta NICOLA SANSONE beda azzjoni mix-xellug u qasam tul il-kaxxa biex għeleb lil Robin Olsen b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>